Tgħid Se Jkollna Noħorġu L-Ġkieket Minn Issa?

It-temp qisu nbidel f’daqqa hux? Illum lanqas ħarġet ix-xemx u f’xi nħawi qattret naqra xita wkoll. U għadna lanqas bdejna Settembru! Tgħid għamlet kmieni l-ewwel xita din is-sena? Se jispiċċa kmieni din is-sena s-sajf?!

Mhux illum biss se jkollna ġurnata mdallma għal din il-ġimgħa u d-dieħla! Għax skont l-uffiċċju metereoloġiku, ġejjin ġranet b’temp imsaħħab u anke sajjetti se jkollna! Għada, is-Sibt, it-Tlieta u l-Erbgħa maħsub li se jkun imsaħħab.

Ritratt / Malta Weather

Nhar il-Ħadd imsemmija x-xita! Mela insieha dik il-ġurnata baħar! U nhar it-Tnejn imsemmija maltempata bir-ragħad u s-sajjetti! Iva, riesqa x-xitwa!

Jekk ma tħobbx ix-xitwa, tista’ sserraħ rasek li s-sħana se tibqa’ tinħass ġmielha għax it-temperatura dejjem se tkun ’il fuq minn 30°C. Għalissa m’hemmx bżonn toħroġ il-flokkijiet tas-suf u x-xalel! Però ma tagħmilx ħażin li tibda ġġorr umbrella fuqek għax se tiġi bżonnha żgur!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI