Tiftakru Lil Ben Camille Fil-Bidu Tal-Karriera Tiegħu Bħala Attur?

L-ewwel serje li kien ħa sehem fiha Ben Camille, kienet il-Klikka fuq One. Din id-drama kienet produzzjoni ta' V Squared u kienet popolari immens. Saħansitra inħareġ film fiċ-ċinema lokali. Il-Klikka kien serje fuq 6 tfajliet b'karratri differenti. Dawn it-tfajliet jibdew jirċievu ittri anonimi u ritratti personali. Bħal ma hemm miktub fuq il-paġna tagħhom Il-klikka ġġiegħlek taħseb fir-realtà u jdaħlek f'qoxortok dwar stejjer reali.

F'dan is-serje ta' 3 staġuni li beda fl-2012, kienu jidhru diversi personalitajiet u atturi magħrufa fosthom Valentina Rossi, Taryn Mamo Cefai, Jessika, Andre, Tez, Carlos Farrugia. Dawn kif kienu jidhru hemm uħud li vera inbidlu u hemm minn wiċċhom ma nbiddel qatt.

Ben Camille

Kellu dik id-daqsxejn ta' baby face!

Valentina Rossi fil-parti ta' Pippa

Jkollna nammettu Valentina tixraqilha wisq tal-Villian... u ta' IT expert!

Tez fil-parti ta' Julia

Kienet tixraqilha ta' Air Hostess

u xi ngħidu għal dak in-nuċċali!

Ben u Jessika

Kienu aħwa (Audrey u Thomas)... Dik il-parokka a big NO NO imma!

Taryn Mamo Cefai fil-parti ta' Sarah

Meta ma kinitx tagħmel riklami tal-Crosscraft.

Illum fil-paġna tal-Klikka ġie mħabbar li b'domanda kbira, minn nhar it-Tnejn 8 ta' Lulju, IL-KLIKKA se jkun qed jintwera kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa minn 12:30pm sa 1:30pm fuq ONE. Il-klikka like! 

Bilħaqq din kienet il-qoxxra tal-Gwida meta konna iddedikajnieha lil dan is-serje!

Il-Klikka / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI