Illum hi l-ġurnata speċjali ta’ dik il-mara li lkoll nibqgħu niftakruha bħala omm iċ-Ċaqqufa.
Fil-fatt fost il-ħafna messaġġi, ritratti u filmati nsibu taċ-Ċaqqufa meta kibret (Lara Azzopardi) li kitbitilha: “Awguri mama sabiħa tiegħi”. Din hi ovvjament referenza għall-parti li Elizabeth Ellul Hawes ħadmet fis-sensiela iċ-Ċaqqufa flimkien ma’ Geordie Schembri, Chanelle Bonaċi u ovvjament Lara Azzopardi.
L-attriċi Elizabeth Ellul Hawes tiftakruha żgur anke fis-sensiela La Tħobbnix, li kumbinazzjoni kienet għadha kemm qasmet memorji minn din il-produzzjoni ftit tal-ġranet ilu.
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nawgaraw ukoll lil Elizabeth u nixtiequlha aktar snin ta’ saħħa u kuntentizza! Nispera li ma ndumux ma narawha fuq it-televiżjoni f’xi produzzjoni oħra!
Facebook/ Iċ-Ċaqqufa