Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares kitbu dwar ġest mill-isbaħ li għamlet familja waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ persuna għażiża immens għalihom.
Huma qalu, “b’qalbna maqsuma naqsmu magħkom il-mewt ta’ Joseph Schembri li għex ħajja sabiħa u mimlija sa’ 90 sena. Jistrieh fis-sliem. Grazzi minn qalbna tmur għall-familja tiegħu, li b’ġenerożta kbira ġabru €800 b’risq Puttinu Cares waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tiegħu. Il-qalb tajba u l-ġenerożita tagħkom ser tagħmel differenza fil-ħajjiet ta’ bosta.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu, kif ukoll ngħidulhom prosit kbira ta’ dan il-ġest li għamlu. Jistrieh fis-sliem.