Tinfetaħ Petizzjoni Wara Li D-DJs Ma Ngħatawx Permess Idoqqu Fl-Istabbilimenti

Id-DJs ġewwa Malta bħalissa jinsabu ddiżappuntati, wara li lbieraħ, il-Profs. Charmaine Gauci żvelat li dawn mhux se jkunu jistgħu jdoqqu ġewwa stabbilimenti bħall-bars u ristoranti. Barra minn hekk, in-nightclubs se jkollhom jibqgħu wkoll magħluqin.

Joven Grech ta’ Tenishia, fetaħ petizzjoni sabiex kemm il-Gvern, kif ukoll l-Awtoritajiet tas-Saħħa jaraw il-possibiltajiet kollha sabiex terġa tqum fuq saqajha din l-industrija. F’din il-petizzjoni ntqal ukoll li pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Olanda u Spanja urew li avvenimenti tal-massa jistgħu jerġgħu jsiru b’mod sigur.

Il-petizzjoni tista’ tinqara kollha HAWN.

Facebook / Joven Grech







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI