Illum 21 t’Awwissu ngħatat l-aħħar tislima lil Charlotte Zammit fil-Knisja ta’ Maria Annunzjata f’Ħal Tarxien fid-8:45. Charlotte inqatlet nhar il-ħmistax t’Awwissu li għadda wara li kienet vittma t’omiċidju. L-eks maħbub tagħha qed jiġi akkużat bil-qtil tagħha.
Il-każ wera l-bżonn li tkompli tissaħħaħ id-diskussjoni dwar il-femiċidju u l-vjolenza fuq in-nisa f’Malta. Aktar kmieni llum, il-Malta Women’s Lobby tkellmet ukoll dwar il-każ, u appellat għal aktar ħidma fil-prevenzjoni tal-femiċidju.
Tistrieħ fis-sliem.