Il-preżentatriċi Lara Spencer ta’ Good Morning America qiegħda tirċievi kritika ħarxa wara li għaddiet lill-Prinċep George biż-żufjett peress li se jkun qiegħed jieħu klassijiet tal-ballet. Qanqlet reazzjoni partikolari mill-koreografu Brian Friedman: filwaqt li semma l-esperjenza tiegħu huwa u jikber fil-qasam taż-żfin, fejn sikwit kien jiġi bbuljat minħabba f’hekk, huwa jisħaq li l-messaġġ tagħha huwa negattiv peress li kważi kważi qiegħda tagħti d-dritt lin-nies jirridikolaw is-subien li jixtiequ jintegraw f’dan il-qasam.

Instagram / @l_u_ke_
Iż-żeffien lokali Luke Brincat, li aktar kmieni din is-sena kien deher fil-video ta’ Chameleon ta’ Michela Pace, kien fost dawk li ġibdulna l-attenzjoni rigward l-istigma li hemm dwar is-subien fid-dinja taż-żfin: jisħaq fuq kif is-subien għandhom id-dritt jiżfnu daqs kwalunkwe persuna oħra. Wara t-tnedija ta’ Chameleon, Luke kien ukoll semma’ leħnu kontra kritika li qala’ l-video rigward l-imġiba ‘femminili’ ta’ xi żeffiena rġiel, fejn saħaq li m’għandu jkun hemm ebda problema jekk wieħed imur lil hinn mill-idea tradizzjonali tal-maskulinità.
X’taħsbu intom dwar is-sitwazzjoni?
Shutterstock / The Duchess of Cambridge / Handout / EPA-EFE