Tisgassa Bieb Tal-Kerrejja Biex Ikollha Saqaf Fuq Rasha U Tinqabad!

Din il-ġimgħa fuq il-programm Tough Luck, iltqajna mal-istorja ta' Matilde Buhagiar minn San Ġwann. Matilde għandha 68 sena u tiddeskrivi tfulitha bħala wieħed iebes. Biss biss ta' 21 sena ma kellhiex fejn toqgħod. Għodwa waħda Matilde issib post il-Gżira.

"Sibt post il-Gżira, qbadt u sgassajtu. Kamra waħda, trid torqod fuq sodda waħda, kċina gebuba żgħira ma tistax issajjar u lanqas tiekol” tgħid Matilde f'intervista mat-tim ta' Tough Luck

Ritratt mill-intervista li xxandret fuq TVM

“Il-biki jagħtik, imma dejjem tlabt il-bambin u Hu dejjem għinni" - Matilde

Ġara li sid il-post induna li din il-mara kienet qed tgħix fil-post. "Kien ġie sit il-kera qalli, 'kif ġejt hawn?' u qed ngħidlu l-istorja. Qalli jien ma rrid xejn, kull ma tħallas id-dawl u l-ilma”.

Ftit li xejn għadek issib nies ġenwini bħal dan is-sinjur li sal-lum il-ġurnata, Matilde ma tafx min hu. "Nirringrazzja lil dan ir-raġel minn qiegħ qalbi. Filli kelli ix-xewk u filli ġewni ħafna ward" tgħid Matilde. 

Sewwa jgħidu, wara l-maltemp jiġi l-bnazzi għax ħajjet Matilde tibda tinqaleb! 10 snin ilu, ħabiba tagħha mit-Tuneżija titlobha tiġi tiltaqa' ma' ħabib tagħha. Dakinhar tiltaqa' ma dan ir-raġel u mill-ewwel għoġbitu. Din is-sena Matilde u Muhammed Mhemd wara 10 snin flimkien jiżżewġu!

Ritratt mill-intervista li xxandret fuq TVM

Matilde nawgurawlek aktar risq u mħabba fil-ħajja tiegħek! Tough Luck jerġa jirritorna nhar it-Tnejn li ġej wara l-aħbarijiet tat-8 ta' filgħaxija.

Tough Luck / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI