“Xena Ta’ Qsim Il-Qalb. Għasfura Tiddendel Bla Ħajja, Maqbuda F’Biċċa Nylon Mormija” – Arnold Sciberras

Ritratt xokkanti t’għasfur maqbud f’biċċa nylon, iġiegħlna nirriflettu dwar l-azzjonijiet tagħna. Arnold Sciberras ippubblika dan il-messaġġ bħala twissija biex fil-futur, inċidenti bħal dawn jiġu evitati.

Hu kiteb, “Xena ta’ qsim il-qalb. Għasfura tiddendel bla ħajja, maqbuda f’biċċa nylon mormija. Din tfakkarna li ż-żibel tal-bnedmin jista’ joqtol. Dak li narmu bla ħsieb jista’ jġiegħel l-għasafar isofru u joqtol diversi annimali kif ukoll jikkawża ħsara fuq il-pjanti u n-natura.”

Żied jgħid, “Biċċa nylon sempliċi tista’ ma tfisser xejn għalina, imma għal kreatura żgħira, tista’ tfisser id-differenza bejn ħajja u mewt. Jekk jogħġobkom armu ż-żibel b’mod responsabbli. In-natura qatt m’għandna tħallas għat-traskuraġni tagħna.”

Ir-ritratt ittieħed minn Arnold Sciberras, limiti ta’ Żabbar.

Ritratt:

Facebook / Arnold Sciberras

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI