Tiziana Calleja Dwar Freddie Mercury

Għal dawk li jħobbu l-mużika ta' Queen u ta' Freddie Mercury ħa jkollhom xalata nhar it-tnejn f'kunċert b'xejn. Il-provi għaddejjin ġmielhom. Il-kantanta u preżentatriċi lokali, Tiziana Calleja fuq insta story qalet li qatt m'hu biżejjed li tisma' leħen Freddie Mercury. Hi tgħid li tibqa' mistgħaġba kif kien jirnexxielu jiġbed l-attenzjoni ta' kull min kien qed jisma' u kulħadd kien ikanta miegħu. 

Bl-akbar umiltà tgħid li huma mhux xiFreddie imma ilhom ikantaw kanzunetti ta' Freddie għal numru ta' snin u żgur li f'dan l-ispettaklu żgur ħa jkun hemm divertiment fil-folla li ħa tkun preżenti. Tissuġerrixxi lil dawk kollha li jistgħu jattendu biex ikunu hemm. Tiziana tgħid li l-kanzunetta favorita tagħha minn tal-Queen hi One Vision.

Ċertament li hu spettaklu li m'għandekx titlef, spettaklu b'xejn fil-gżira Għawdxija b'numru ta' kantanti li żgur li jippromettu u oħrajn b'numru ta' snin ta' esperjenza warajhom fi spettaklu kbar. 

Facebook / Tiziana Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI