12-il sena ilu kien ġie nieqes il-gunner Matthew Psaila. Matthew kien ġie nieqes wara li spiċċa f’diffikultà waqt eżerċizzju tal-Forzi Armati ġewwa Chadwick Lakes. L-inċident kien seħħ proprju tliet ijiem qabel u ż-żagħżugħ kien miet tlitt ijiem wara l-isptar.
Jean Pierre Coleiro kollega tiegħu kiteb, “Int kont sieħbi u l-ħabib tiegħi, u għal dawn l-aħħar 12-il sena kont sieħbi u l-ħabib tiegħi minn hemm fuq, fejn m’hemm l-ebda uġigħ… ħallejtna f’età żgħira ħafna imma tibqa’ f’qalbna għal dejjem… sa ma nerġgħu niltaqgħu.”
Aħna f’isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta’ Matthew. Il-mewt tiegħu kienet ħasdet ħafna.
Facebook / Malta Dizastru TOTALI !!!!!!!!