Il-Membru Parlamentari Nigel Vella qed jiċċelebra tliet snin miżżewweġ lil mara tiegħu, Elaine Degiorgio. F’din l-okkażjoni, Nigel qasam ritratt tagħhom flimkien fuq il-midja soċjali, akkumpanjat b’messaġġ qasir iżda mimli sentiment.
"3 snin. Grazzi tal-imħabba, paċenzja (ħafna) u tar-rispett Elaine Degiorgio," kiteb Nigel, filwaqt li rringrazzja lis-sieħba tiegħu għall-imħabba u l-appoġġ li tagħtu matul dawn is-snin. Il-kumment umoristiku dwar il-"paċenzja (ħafna)" żied nota ħafifa mal-messaġġ, li kien milqugħ b’awgurji u kummenti sbieħ mingħand dawk li jsegwuh.
Nawguraw lil Nigel u Elaine dan l-anniversarju sabiħ, filwaqt li nittamaw li jkomplu jgawdu ħafna aktar snin ta’ mħabba u mumenti sbieħ flimkien
Facebook / Elaine Degiorgio