“Tlifniekom Fi Ħmistax It-Tnejn Li Intom, Ma u Pa” – Kondoljanzi lil Moira Stafrace

Sfortunatament Moira Stafrace tħabbar il-mewt ta’ missierha llum, fid-29 ta’ Jannar fis-14:15.

Kliem Moira kienu “Lanqas il-mewt mhi kapaċi tifred lill-ġenituri tant maħbubin tiegħi għaliex xorta waħda sabu kif jerġgħu jkunu flimkien. Filwaqt li għadna mifnija bit-telfa ta’ ommi, ninsab imkissra bl-aħbar li missieri ħalliena llum wara nofsinhar fis-14:15. Ma titwemminx u surreali.

Grazzi Pa ta’ dak kollu li għamilt magħna u għallimtna f’ħajjitna. Inti kont is-sinsla tal-familja. Il-ħsieb li inti tinsab fejn xtaqt tkun, maġenb l-ikbar imħabba ta’ ħajtek ommna fil-ġenna flimkien, itina ftit wens. Qed nimmisjawkom ħafna ma u pa. Tlifniekom it-tnejn li intom f’temp ta’ ħmistax.”

Id-dettalji tal-funeral jitħabbru iktar tard.

Kondoljanzi lil Moira u lill-familjari tagħha minn għandna l-gwida.mt.





facebook / Moira Stafrace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI