Illum tagħlaq sninha l-kantanta li saħħret lil kulħadd waqt Malta’s Got Talent Nicole Hammett!
Ommha Sandra xtaqet taqsam messaġġ mill-isbaħ għall-okkażjoni u semmiet tista’ tgħid kull sentiment li jġib miegħu dan il-jum.
“Bħalissa tmintax-il sena ilu kont l-isptar qed nistenniek titwieled; ma nafx kif tar iż-żmien u l-emizzjonijiet kollha li ġġagħilni nħoss huma indeskrivibbli! Li hu żgur tgħaġġibni b’diversi modi; imma l-iktar għad-determinazzjoni u l-kapaċitajiet tiegħek!”
Tgħidilha biex tibqa’ kif inhi u issa li laħqet it-tmintax tkun “adulta responsabbli”. Nawguraw lil Nicole l-isbaħ xewqat minn qalbna!