Riċentament ġiet imħabbra l-mewt ta’ Rita Sultana li ta’ kuljum kienet tieħu ħsieb u titma’ l-qtates ta’ Manoel Island.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha Victoria Azzopardi sellmet il-memorja tagħha fejn qalet, “Ħallietna għal ħajja ta’ dejjem Rita Sultana li kienet titma’ l-qtattes ta’ Manoel Island. Min jixtieq jattendi l-funeral se jsir nhar it-Tnejn 13 ta’ Ottubru fit-8.30 ta’ filgħodu fil-knisja tal-Madonna tal- Ġebla l-Gżira.”
Vuċi għall-Annimali sellmu l-memorja tagħha wkoll fejn qalu, “Illum il-Gżira tilfet qalb tad-deheb, Rita Sultana li kienet titma’ lill-qtates ta’ barra. Għal ħafna snin ħadet ħsieb il-qtates ta’ Manoel Island. Kondoljanzi sinċiera lill-familja tagħha.”
Strieħ fis-sliem, Rita. Grazzi ta’ kemm urejt imħabba lil dawn l-annimali matul ħajtek. Kondoljanzi mill-qalb lill-familjari kollha.