Wasalna kważi għas-sena 2021 u saħansitra għadna nisimgħu b’dawn il-każijiet. L-FKNK ħabbret li traġedja kbira ġiet evitata bl-eżatt hekk kif numru ta’ kaċċaturi “laħqu fil-ħin biex il-klieb tal-kaċċa tagħhom ma kilux zalzett tal-Malti vvalenat li kien tħalla fil-post fejn kienu qegħdin iduru.”
Il-persuna li pruvat tagħmel dan l-att krudili mhix magħrufa. Dan apparti każ ieħor li seħħ madwar ġimgħa ilu, “meta membri tal-FKNK ġabru basket mimli velenu tal-ġrieden li nstab imxerred fir-Riżerva tal-FKNK fil-Miżieb.”
L-FKNK temmet il-messaġġ tagħha billi appellat għall-“protezzjoni mill-Gvern u mill-Pulizija” kontra atti bħal dawn. Għalkemm wieħed jaf ikun kontra il-kaċċa, il-klieb m’għandhomx jieħdu l-kastig u jiġu maħqura. L-annimali dejjem jibqgħu innoċenti f’sitwazzjonijiet bħal dawn.
Times of Malta/FKNK