Minn fuq il-pjattaforma soċjali tagħhom, Wildlife Rescue Team Malta, iħallu dan il-messaġġ importanti, “Fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa, mill-Ġimgħa ‘l quddiem, il-Gżejjer Maltin mistennija jesperjenzaw l-ewwel żieda qawwija fit-temperaturi, li se jilħqu s-35⁰C. Jekk jogħġbok, ftakar fil-ħlejjaq selvaġġi tagħna li qed ibatu biex isibu ilma u jibqgħu idrati.
Kemm jekk huma għasafar, friefet il-lejl, qanfud jew annimali mitluqa oħra, kollha se jkunu qed ifittxu l-ilma b’disperazzjoni.
Jekk tista’ħalli platti baxxi b’ilma frisk darbtejn kuljum – fuq il-bejt, il-gallarija jew fuq l-għatba ta’ barra.
Grazzi talli tgħin lill-ħlejjaq selvaġġi tagħna b’dawn il-ġesti żgħar ta’ ġentilezza.
Jekk tara xi ħlejqa selvaġġa li teħtieġ għajnuna, ċempel fuq il-Linja ta’ Emerġenza tagħna: +356 9999 9505.”
“Twissija ta’ Mewġa ta’ Sħana… Jekk Tista’ Ħalli Platti Baxxi Bl-Ilma Frisk…” – Wildlife Rescue Team Malta