Twissija Ta' Riefnu Fuq Il-Gżejjer Maltin – Ara X'Mistenni Jġib Miegħu Dan Ir-Riefnu?

Il-paġna tal-Malta Weather ilbieraħ ħalliet twissija importanti għalina lkoll minħabba li fi tmiem il-ġimgħa mistenni li jkollna riefnu bir-riħ jilħaq il-qawwa ta’ forza 8. B’hekk nistennew li naraw xi mewġ għoli u n-natura tagħti spettaklu bl-aktar mod sabiħ bl-elementi naturali jilħqu l-quċċata tagħhom.

Il-paġna kitbet, “Twissija ta’ riefnu. Sistema ta’ pressjoni baxxa mistennija tintensifika fuq il-punent tal-Mediterran u tipproduċi riħ qawwa ta’ riefnu forza 8 minn-Nofsinhar ix-Xlokk f’Malta u Għawdex nhar is-Sibt li ġej, qabel ma ddur lejn il-Punent sal-Ħadd filgħaxija! Mistenni wkoll ħafna ramel u trab fl-ajru mid-Deżert tas-Saħara!”

Jiġifieri dan ir-riħ għandu jġib miegħu wkoll ramel u trab… nistennew li jkollna naqa ħmieġ u taqlib fl-arja!





Instagram / James.Scic



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI