Is-surmast Lelio Spiteri kemm-il darba narawh jitfa' posts fuq il-profil tiegħu fejn jappella għat-talb jew jaqsam xi storja jew każ partikolari u jitlob lis-segwaċi tiegħu iżommu lill-persuni konċernati fit-talb u l-ħsibijiet tagħhom.
Waqt żjara f'Assisi, L-Italja, Lelio mill-ġdid sab iċ-ċans biex iżur lil Carlo Acutis, li ħafna jitolbuh jaqlalhom xi grazzja. Lelio kiteb waqt li indirizza lil Acutis, "Hawn erġajt ġejt. Għażiż Carlo, ħu ħsieb lil dawk kollha li qaluli biex niftakar fihom meta nkun ħdejk. Tinsiex lil dawk kollha li jafuni jew le li għandhom bżonn l-interċessjoni tiegħek. Grazzi dejjem."
Prosit Lelio tal-eżempju tajjeb u talli dejjem tara kif se tgħin lill-proxxmu b'kull mod.