Uċuħ Familjari Eletti Fil-Kunsilli Lokali

Ilbieraħ għadu kemm intemm l-għadd intens tal-voti sabiex jiġu eletti s-sindki, viċi-sindki u kunsilliera tal-kunsilli lokali kollha ta’ Malta. Fost dawk illi sabu l-fiduċja tal-votanti, hemm diversi uċuh familjari dirett mill-istazzjonijiet televiżivi u l-aktar programmi popolari. Wayne Aquilina, Mark Spiteri Lucas u Marisa D’Amato tkellmu ma’ Gwida.mt fuq il-kisba tagħhom però min huma l-personalitajiet l-oħra illi ġew eletti?

Alfred Zammit

Il-preżentatur ta’ Kalamita, wieħed mill-aktar programmi li ilu jiġi pproduċut f’Malta, għadu kemm laħaq sindku ġdid tal-belt kapitali Valletta.

Vince Fabri

Magħruf bħala mużiċist u parti mit-tim ta’ Xarabank, Vince Fabri ser ikun qiegħed jagħmel parti wkoll mill-kunsill tal-belt kapitali.

Alison Zerafa Civelli

Is-Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli, hija wiċċ familjari fuq ONE TV hekk kif ħadet ħsieb il-preżentazzjoni ta’ diversi programmi fuq dan l-istazzjon.

Christian Micallef

Magħruf fuq il-programm sportiv Replay, l-ex-sindku fil-Belt Valletta, elett mill-ġdid fil-kunsill huwa Christian Micallef.

Graziella Attard Previ

Il-viċi sindku ta’ Tas-Sliema, Graziella Attard Previ, ppreżentat ħafna programmi matul is-snin li wieħed mill-aktar popolari jibqa’ l-Ispjun. Rebħet ukoll l-unur ta’ Miss World Malta.  

Louise Tedesco

Wiċċ familjari fuq NET TV bi programmi lifestyle u ta’ ġrajjiet kurrenti, għal darb'oħra Louise Tedesco ser tkun qed tagħmel parti mill-kunsill tal-Ħamrun.

Romilda Baldacchino Zarb

Romilda tagħmel parti mit-tim ta’ preżentaturi tal-programm Kalamita, issa hija s-sindku ġdid tal-Mosta.

David Muscat

Ħafna żgur li jafu lil David minn fuq ir-radju tal-istazzjon ONE Radio. Il-vuċi tiegħu hi waħda li wieħed faċilment jagħraf. David għandu numru tas-semmiegħa li jkunu qed jistennewh b'ħerqa u ċertament jinsabu kuntenti bil-ħatra tiegħu fil-kunsill ta' Tas-Sliema.

Nawguraw kemm lil dawn is-sindki, viċi-sindki u kunsilliera, kif ukoll dawk kollha illi kisbu suċċess f’dawn l-aħħar jiem, biex kollha jaħdmu għall-ġid tal-lokalità tagħhom!

Facebook / @alfred.zammit.7

Facebook / Graziella Attard Previ

Facebook / @zerafacivellialison

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI