Fuq il-paġna uffiċjali The Malta Police Force, inxterrdu xi ritratti ta' uffiċjali lokali tal-Korp u membri tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, li fakkru t-traġedja tal-11 ta’ Settembru.
L-avveniment seħħ fil-Belt Valletta u taw ġieħ lill-kuraġġ straordinarju li wrew dawk li b'riskju u b'sagrifiċċju telgħu t-Twin Towers fil-11 ta’ Settembru 2001. Apparti minn hekk juru solidarjetà ma’ dawk kollha li tilfu ħajjithom.
Huma żammew fi ħsibiiethom dawk li ntlaqtu minn dak il-jum traġiku. Ammirevoli!
Youtube/ National Geographic