Bis-saħħa tal-attaġjament erojku ta’ erba’ uffiċjali tal-LESA, tarbija ta’ tmien xhur f’Ħal Lija ġiet salvata wara li sabet ruħha msakkra f’karozza fil-qilla tax-xemx.
Fuq il-midja soċjali tagħhom, il-LESA ippubblikaw messaġġ ta’ ringrazzjament li l-omm kitbet li juri x’ġara eżattament fid-dettall.
L-omm tispjega li waqt li kienet qiegħda tgħabbi lil bintha fil-karozza, fid-daqqa u l-ħin, il-bibien issakru awtomatikament, u billi ċ-ċwievet kienu ġewwa hi ma kelliex aċċess sabiex tiftaħ il-karozza.
L-omm tistqarr li dak il-ħin kienet ippanikjata ferm iżda b’xorti tajba sabet erba’ uffiċjali tal-LESA li kienu pronti għenuha sabiex tkisser waħda mit-twieqi tal-karozza ħalli b’hekk hi setgħet terfa’ fi ħdanha lil bintha li fortunatament kienet qawwija u sħiħa.
Prosit lil dawn l-erba’ uffiċjali tal-LESA ta’ dan l-att erojku tagħhom!
Facebook / LESA u ChatGPT