Veru Li 'MIn Imissu' Ser Jerġa Jibda?

Il-programm kontroversjali, satirku, umoristiku u ġenjali Min Imissu?! qed tiġri ix-xnieha li ser ikompli! Gwida.mt jinsab f’pozzizzjoni li jikonferma li dan il-programm ser jerġa jibda! Din id-darba fuq ONE. Fuq post li ġiet imtella' ftit ġranet ilu fuq il-paġna uffiċjali ta' Min Imissu?! talbu lil pubbliku biex jattendu għall-ġbid tal-programm!

Skond dan ir-reklam, 'Min Imissu?!' ser jixxandar minn Ottubru fuq ONE u bħalissa hemm il-filming. Fil-post hemm ittagjati diversi atturi li kienu jieħdu sehem fis-sensiela li għaddiet! Tgħid ser naraw l-istess karratri? Tgħid Adreana ser tibqa tippreżentah? Tgħid Carmelo Borg Pisani se jkun presente?

Min imissu?! huwa programm ta’ divertiment fejn il-karratri residenti jikxfu l-borom tal-personalita li tkun mistiedna! F’dan il-programm rajna lil ħafna nies fosthom:

Mark Laurence Zammit

Ben Camille

Emmy Bezzina

Gwida.mt ser jibqa jinvestiga dwar dan il-programm u nipruvaw niskopru min huma l-ewwel personalitajiet mistiedna! Nżommukom aġġornati!

Min Imissu / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI