Vadafone Malta ma għadhiex teżisti. Mil-lum 'il quddiem il-kumpanija ħa tkun magħrufa bħala Epic bil-kulur tagħha jinbidel minn aħmar u abjad għal iswed u isfar. Huma jsostnu li qed jgħaqqdu “l-aħjar network mal-aħjar valur,” dan għaliex qed iniedu bdil estensiv fit-tariffi u n-network tagħhom.
L-isem Epic tista' tgħid li qed iniedi era ġdida għall-kumpanija, kif ukoll għas-settur tat-telekomunikazzjoni ta’ Malta, b'network avvanzat u valur mill-aqwa. Dan huwa rifless fit-‘tagline’ tal-kumpanija: l-Aqwa Network. L-Aqwa Valur.
Waqt il-konfernza kmieni dalgħodu, il-kap eżekuttiv Tamas Banyai introduċa l-erba’ pilastri ta’ bidla: it-tariffi, l-infrastruttura, l-espansjoni tal-portafoll ta’ servizzi u l-esperjenza tal-klijent.
Insomma li nafu żgur ħa nisimgħu erba' ismijiet differenti sakemm fil-widna tidħol il-kelma Epic jew inkella xi varjazzjoni fuq din il-kelma. Dawn huma modi li ħsibna kif il-Maltin taf isejħulhom sakemm jidraw l-isem il-ġdid:
"Jien qiegħda ma' dawk li kienu Vodafone..."
"Mal-ġodda hi... tajbin..."
"Epi xi ħaġa jisimgħhom għandi jkun..."
"Dawk tal-isfar li kienu ħomor..."
"Ma' li qelbu hi... ħa neqleb magħhom."
"Vodafone biddlu isimhom ta'... saru E... E... E... - Pick!"
"Dawn li nxtraw minn ta' Monaco xi ħaġa..."