Skont il-paġna ta’ Gerald Fenech, illum in-numru ħa jerġgħu jiżdiedu. Ilbieraħ hu kiteb, “waħda kbira mistennija għada”, filwaqt li dalgħodu huwa kiteb ukoll kmieni dalgħodu li għandna nistennew numri għoljin.
Ilbieraħ kienet l-ewwel ġurnata f’aktar minn ħmistax li rajna n-numru taħt il-mija iżda jidher li llum għandna nistennewhom jerġgħu jiżdiedu. Importanti li noqogħdu attenti u nużaw il-mezzi kollha ta’ mitigazzjoni u nimxu mal-pariri siewja tal-awtoritajiet tas=saħħa.
B’hekk biss nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni tagħna u nkomplu nittamaw li ma nitilfux aktar nies vulnerabbli. Nieħdu ħsieb xulxin.