Ilbieraħ fil-programm Xarabank erġajna rajna probabilment l-aktar candid camera popolari! Iċ-ċajta ta’ Corazòn u l-oġġetti sesswali ma’ Peter tal-EasyLIfe. Però wara d-daħk jiġi l-biki!
Proprju x’ħin spiċċat l-intervista, Corazòn tirċievi telefonata orribli. Lil Corazòn jgħidulha li z-zija Pina sabuha mejta fuq is-sodda. Corazòn tgħidilna li “… Tista’ tgħid li meta sabuha mejta kellha t-tv mixgħul fuq TVM”.
Iz-zija Pina kienet magħrufa ħafna Ħaż-Żebbuġ minħabba l-fatt li kienet kunsilliera kif ukoll attriċi! Pina kienet tieħu sehem fil-films ta’ Elio Lombardi. Lil Corazon, Pina kienet tgħidilha li dejjem kellha x-xewqa li tmut mingħajr ma tinkwieta lil ħadd. U hekk mietet.
L-unika dispjaċir li kellha Corazòn kien li sfortunatament ma marritx il-funeral. “Dak iż-żmien kont qed nipreżenta TVPM, il-programm ta waranofsinhar u ma stajtx immur. Jien u nippreżenta bdejt nimmaġinani qiegħda l-funeral u għamilt programm sħiħ bid-dmugħ f’għajnejja”.
Corazòn tistqarr li maz-zija Pina kellha relazzjoni tajba ħafna peress li kienet toqgħod viċin tan-nanna tagħha. Ta’ spiss kienet tħitilha xi libsa! Però kienet tilbishom?
“Iva mela. Kienet tagħmilhomli kif nixtieqhom jien eżatt. Eżempju nsib stampa... u tagħmilli bħalha (imma żżidli xi frill bla ma tgħidli għax is-sempliċi ma kienx jogħġobha”.
Tgħid iċ-ċajta tal-oġġetti tas-sess li għamlu Xarabank lil Corazòn għoġbitha liz-zija Pina? Corazòn tgħidilna hekk:
“Kienet tiskrupla ftit, għax kienet konservattiva ħafna. Però kellha don għax tal-familja kollox tajjeb u dejjem tiddefendih. Qatt ma kien jiġi xi ħadd jgħidilha kontra l-familja (anke jekk għamel xi ħaġa ħażina) u tkompli miegħu”.