Is-Surmast Lelio Spiteri kiteb li żewġ kollegi li kienu jaħdmu miegħu l-Vajrinġa ġew iżuruh. Hu dawwarhom mal-iskola kollha. Bagħtulu ritratti li issa qed jaqsam mas-segwaċi tiegħu u miegħu bagħtulu wkoll messaġġ tassew sabiħ.
Fil-messaġġ kitbulu, “Aħna grati talli lqajtna b’mod daqshekk sabiħ fil-Happy School. Vera ninsabu impressjonati bil-bini l-ġdid. Waqt li l-istruttura nbidlet, l-istess spirtu pożittiv li jferrħek baqa’ preżenti. Memorji profondi ta’ jiem ta’ ferħ fil-Happy School – inkluż illum – dejjem se jibqgħu mnaqqxin f’qalbna.”
Is-Surmast irringrazzjahom mill-qalb u qalilhom kemm japprezza dan il-messaġġ.
Il-fatt li dawn il-memorji għadhom jgħożżuhom f’qalbhom sal-lum juri kemm vera kienu mumenti li ħallew impatt pożittiv fuqhom.
Facebook / Lelio Spiteri