Chris Kay, għalkemm forsi wiċċu mhux daqstant familjari il-vuċi tiegħu żgur li hi għax ħafna drabi smajtuh fuq r-radju lokali. Ilbieraħ filgħaxija, il-preżentatur ħabbar li sar missier. B’ċajta qal li ssoltu jikkomplenja xi ftit meta xi ħaġa ma tasalx fil-ħin, iżda mhux din id-darba.
Hu jgħid, “Wara 9 xhur ta’ stennija, it-tarbija Phoebe waslet. Kif jgħidu, xejn ma jqabbel mal-ferħ li jkollok tarbija, imma ħadd qatt ma jifhem xi tfisser tassew sakemm tasal il-ġurnata. Hija diġà mlejt ħajjitna bil-ferħ.”
Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lilu u lit-tfajla tiegħu Nicola għal dan ir-rigal sabiħ li ġie f’ħajjithom.
Facebook / Chris Azzopardi