“Wara Li Belgħu L-Art, Se Jduru Għall-Baħar” – Moviment Graffitti Iħeġġeġ Lill-Pubbliku Joġġezzjona Għall-Applikazzjoni Tal-Lido

Moviment Graffitti qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jissottometti oġġezzjonijiet kontra applikazzjoni li tipproponi l-bini ta’ lido privat fuq parti mill-kosta bejn Tas-Sliema u l-Gżira. Skont il-moviment, l-applikazzjoni PA/03174/26 se twassal għal aktar privatizzazzjoni tal-kosta pubblika u bidliet permanenti fiż-żona, filwaqt li tista’ żżid il-konġestjoni tul il-promenade u taffettwa l-veduti tal-madwar.

Graffitti sostnew ukoll li l-proġett jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-ħajja fil-baħar u fuq il-qiegħ tal-baħar minħabba r-reklamazzjoni tal-art proposta. Il-moviment qal li wara snin ta’ żvilupp intensiv fl-inħawi, ir-residenti u l-pubbliku għandhom dritt li jgawdu minn spazji miftuħa u aċċessibbli tul il-kosta.

L-oġġezzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Awtorità tal-Ippjanar sal-19 ta’ Ġunju permezz ta’ email fuq representations@pa.org.mt, filwaqt li għandu jiġi kkwotat in-numru tal-applikazzjoni PA/03174/26. Moviment Graffitti qed jitlob li l-applikazzjoni tiġi rifjutata u li ssir evalwazzjoni bir-reqqa tal-impatti ambjentali u soċjali qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI