“Wara Li Jien U Ċikku Ser Insiru Nafu Lil Xulxin Inkun Nista Nsiblu Familja Adattata Għalih “ – Christa Cilia Dwar Il-Kelb Ċikku

Christa Cilia kitbet fuq il-paġna tagħha dwar x’ser isir minn l-għażiż kelb Ċikku issa li qed tieħu ħsiebu hi u eventwalment tixtieq issiblu familja.

Kitbet, “Aġġornament fuq Ċikku. Lil Ċikku ġbartu llum, kelli nieħu deċiżjoni li ndaħħlu f’dar tal-annimali privata għar-raġuni li fuq Ċikku ma kellix informazzjoni fuqu la kif jirreaġixxi ma’ nies u lanqas ma’ annimali. Min-naħa tiegħi ma stajtx nissogra li nsib dar għall-kelb li ma jkollix informazzjoni fuqu għal ħafna raġunijiet. Għalkemm miegħi mar tajjeb ħafna, avolja kien imfixkel li nfired minn ma’ sidu… xorta wahda rrid insir naf kif imur ma’ annimali oħra u ma’ aktar nies.”

Hi kompliet tispjega, “Wara li jien u Ċikku ser insiru nafu lil xulxin inkun nista’ nsiblu familja adattata għalih. Nagħtikom iżjed aġġornamenti fuq Ċikku fil-ġranet li ġejjin. Grazzi għal dawk kollha (kien hemm ħafna) li wrew interess f’Ċikku.”

Jaħasra kemm hu ħelu! Nisperaw li eventwalment isib il-familja li tkun perfetta għalih!





Facebook / Christa Cilia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI