Il-ġenituri ta' ċkejken Isaac jirrakkontaw kif wara li twieled binhom kellhom jagħmlu 8 xhur l-isptar fejn fost diversi kumplikazzjonijiet skoprew li binhom għandu kundizzjoni magħrufa bħala cerebral palsy.
Huma jsemmu kif sfortunatament binhom ma jistax jimxi minħabba din il-kundizzjoni u għalhekk kontinwament ikollu juża siġġu tar-roti.
"Bħalissa qed nipprovaw nixtru vann li għandu rampa li b'hekk jgħin sabiex tiġi ffaċilitata ħajjet it-tifel tagħna," spjegat l-omm mal-vlogger lokali Pierre Farrugia li qasam dan l-appell fuq il-midja soċjali.
Araw dan il-filmat għal iktar dettalji dwar kif tistgħu tgħinu lil ċkejken Isaac.
YouTube / Pierre Farrugia