Wara S-Suċċess Tal-Aħħar Kunċert, Attività Kbira Oħra B’Risq Dar Bjorn!

Bjorn ma jieqaf qatt! Dejjem għaddej! Wara l-attività li seħħet l-Erbgħa li għadda fejn nistgħu ngħidu kienet suċċess kbir. Imiss issa attività din id-darba ġewwa Birżebbuġa.

Ser ikun weekend sħiħ mimli divertiment! Mit-20 sa 22 ta' Settembru ġewwa Pretty Bay Birżebbuġa għall-familja kollha! Ser ikun hemm sfida tal-Basketball, skateboarding, artisan market u ħafna ikel! Kull filgħaxija ser ikun hemm kunċert LIVE bl-aqwa talent lokali! Ġew mistiedna wkoll tribute bands ta' artisti popolari:
 
Il-Ġimgħa 20 ta' Settembru- Robbie Williams & Spice Girls (Tribute Live concert)
Is-Sibt 21 ta' Settembru - Kylie Minogue & U2 (Tribute Live concert)
Il-Ħadd 22 ta' Settembru - Michael Jackson & Bon Jovi (Tribute Live concert)

Id-dħul huwa b'xejn! Donazzjonijiet ser ikunu mitluba fil-entratura.

Tista tniżżel il-programm minn HAWN.

Bjorn Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI