Lix-xandar tar-radju u preżentatur Dorian Cassar żgur li m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni f’pajjżna. Illum inżertat li hija verament ġurnata speċjali għalih, hekk kif is-sieħeb tiegħu, Paul Camilleri, se jkun qed jiċċelebra għeluq l-40 sena tiegħu.
Fuq il-midja soċjali, Dorian irrefera għal din il-ġurnata bħala "L-Erbgħin Sena ta' Pawlu". “Illum kapitlu ieħor f'ħajtek u naf li wara sena bħal din, xtaqna li għamilna ħafna affarijiet iktar milli saru,” kiteb hu.
“Però kif jgħidu, "life begins at 40" u allura naf li fadal ħafna x'nagħmlu, fejn immorru, fejn insiefru u iktar! Awguri minn qalbi għal-lum u għal dejjem.”
Aħna minn Gwida.mt nittamaw li Paul ikollu ġurnata mill-isbaħ mimlija sorpriżi sbieħ, imħabba u paċi. Awguri mill-qalb!
Facebook/Paul Camilleri