San Gwann tassew qed jieħu l-affarijiet bis-serjetà fid-dipartiment tal-Milied, biex iġib ftit ferħ tal-festi tant meħtieġ f’dan l-istaġun.

Maqsuma ma’ grupp fuq Facebook ta’ San Gwann, ir-ritratti juru t-toroq ta’ din il-lokalità ċentrali kollha mgħammra b’dawl sabiħ u mudelli u simboli tal-Milied. Saħansitra anke siġra tal-Milied għandhom!

“San Gwann qatt ma deher daqshekk sabiħ,” kitbet persuna fil-kummenti fuq Facebook. U aħna hekk naħsbu wkoll!

Il-lokalità tiegħek ġiet imżejna b’dekorazzjonijiet bħal dawn?
Facebook/Daniel Scicluna – San Gwann Residents