Dal-aħħar kien qed ikollna temp pjuttost kalm u bnazzi. Bosta persuni bdew anke jitfgħu ritratti ħdejn il-baħar daqs li kieku qegħdin fis-sajf.
Għalkemm għada ser ikollna temp bnazzi f’xi waqtiet, hija mistennija bidla minn dak li kellna fl-aħħar jiem. Skont kif bassret Malta Weather fil-paġna uffiċjali tagħha, “It-temp mistenni jkun pjuttost imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad għall-ewwel li jibnazza sa tard filgħodu b’riħ mill-Punent Majjistru Forza 7 li jdur lejn in-Nofsinhar il-Lbiċ u jonqos għal Forza 4.”
Ħudu ħsieb dejjem!