X Factor Malta Ser Jirritorna Nhar Il-Ħadd Li Ġej! – Tgħid Min Se Jirbaħ Dan L-Istaġun?

X Factor Malta beda l-istorja tiegħu f'Awwissu tal-2018, meta bdew l-ewwel awdizzjonijiet quddiem erba' ġurija professjonali, Howard Keith Debono, Ira Losco, Alexandra Alden u Ray Mercieca.

Minn dakinhar Malta rat tliet artisti jirbħu t-titlu ta' X Factor Malta, u issa wasal biex jibda r-raba' staġun. Din is-sena il-membri tal-ġurija ser ikunu Howard Keith Debono, Ira Losco, Amber Bondin u Gianluca Bezzina.

X'ġara s'issa?

Fl-ewwel staġun li beda fl-2018 u ntemm fl-2019, kellna l-ewwel rebbieħa, Michela Pace. 

hg

Ritratt: Facebook/ X Factor Malta

Fit-tieni staġun li beda fl-2019 u ntemm fl-2020, rebħet Destiny Chuckunyere, li saħret sala bil-kanzunetta He Lives In You.

fg

Ritratt: Facebook/ X Factor Malta

Fit-tielet u l-aħħar staġun li seħħ, li beda fl-2021 u ntemm fl-2022, ħareġ rebbieħ Ryan Hili, li hu l-ġuvni li rebbaħ lill-kategorija tas-subien għall-ewwel darba.

hg

Ritratt: Facebook/ X Factor Malta



Ir-raba' staġun ser ikun qed jibda nhar il-Ħadd 8 t'Ottubru 2023, fejn ser jibdew it-tellieqa tagħhom bosta kantanti, fejn jittantaw xortihom għar-raba' rebħa ta' X Factor Malta. Tinsewx, nhar il-Ħadd li ġej fl-20:40 fuq TVM! 

Awguri lill-kantanti kollha! 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI