X’Għamlu Dawn It-Tnejn Biex Jaqbżu L-Kju Tal-Vaċċin?

Bħalissa fi Florida, fl-Amerka, qed jiġu mlaqqma persuni li għandhom minn 65 sena ‘l fuq.

Żewġ nisa ta’ 44 u 34 sena li diġà kienu tlaqqmu bl-ewwel doża, libsu ta’ żewġ anzjani sabiex b’hekk jippruva jaqbżu l-kju u jieħdu t-tilqima. Dan ifisser li dawn iż-żewġ nisa kien irnexxielhom iqarrqu bin-nies li qed jgħatu t-tilqima peress li diġà kienu ħadu l-ewwel doża.

It-tieni darba li ppruvaw jagħmlu l-istess, iż-żewġ nisa nqabdu mill-pulizija u dawn qalulhom li huma fortunati li ma ġewx arrestati.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI