X’ħa Tagħmel Raquel Bħal-Lum Sena?

Raquel għamlet id-debutt tagħha fil-Malta Eurovision tal-2014 u minn hemm, rajna lil kantanta f’dan il-konkors tliet darbiet. Bħal-lum sena, il-kantanta ħa tkun qed tgħix ġurnata ferm speċjali f’ħajjitha hekk kif ħa tingħaqad fiż-żwieġ.

F’post verament ħelwa Raquel tgħid lil għarus tagħha, mill-ewwel ġurnata li ltaqgħu t-tnejn li huma kienu jafu li hemm xi ħaġa differenti u speċjali bejniethom. Tkompli billi tgħid għal darba, it-tnejn li huma kellhom raġun!

Raquel tgħid li ma tistax temmen li s-sena d-dieħla, ħa tiżżewweġ l-akbar ħabib tagħha, il-persuna li jissaportjaha f’kollox, ħa tiżżewweġ l-imħabba ta’ ħajjitha... b’futur dejjiem jistenniehom. Tispiċċa billi tgħlidlu li tħobbu aktar minn kemm wieħed jista’ jiddeskrivi bil-kliem.

Post mill-qalb u vera ħelwa. Taħsbux li l-kantanta waqfet mill-kant però għax qed tipprepara għat-tieġ! Għalkemm forsi ila ma tidher xi ftit f’xi kompetizzjoni fix-xena lokali, dawk li jsegwuha mill-qrib jafu li Raquel iżomm ruħha attiva ferm fix-xena billi ddoqq u tkanta f’numru ta’ postijiet.

Riċentament kienet parti minn Għanafest u ftit tal-ġimgħat ilu l-kantanta, kienet ukoll ir-rebbieħa tal-Beland Music Festival. Kompetizzjoni miftuħa għall-artisti lokali. Minn hawn nawgurawlha l-isbaħ xewqat kemm fil-ħajja personali tagħha, kif ukoll fil-karriera tagħha.

Facebook / Raquel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI