X’Inhi Tagħmel Din Il-Personal Trainer ’Il Barra Minn Xtutna?

Bħalissa l-għalliema tal-primarja u l-personal trainer Leanne Bartolo tinsab fil-Korea t’Isfel! Wieħed jistaqsi, għaliex? Marret hemmhekk għall-vaganza? Le, dan mhux il-każ!

View this post on Instagram

A post shared by Leanne Bartolo - WFF PRO CHAMP (@leannebartolo) on Jun 8, 2019 at 9:43am PDT

Leanne Bartolo tinsab fil-Korea t’Isfel għax se tkun qed tieħu sehem fil-kompetizzjoni WFF Universe Korea. Din it-tfajla ħadet sehem f’diversi kompetizzjonijiet oħra ta’ dan it-tip u kisbet diversi suċċessi. Fil-fatt, ftit ġimgħat ilu rebħet il-kompetizzjoni WWF European Bikini Contest ta’ din is-sena!

View this post on Instagram

A post shared by Leanne Bartolo - WFF PRO CHAMP (@leannebartolo) on Jun 9, 2019 at 10:44am PDT

Naturalment biex wieħed jidħol għal dawn it-tip ta’ kompetizzjonijiet irid ikun dedikat mhux ftit għax jirrikjedi diversi sagrifiċċji. Iżda mingħajr dubju dawk is-sagriffiċji kollha jsarrfu f’ sodisfazzjon kbir! Gwida.mt tixtieq tawgura lil Leanne għal din il-kompetizzjoni u għal aktar suċċessi fil-futur!

Instagram @leannebartolo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI