Lil Romilda Zarb ħafna jafuha fuq it-televiżjoni u hi wkoll is-Sindku tal-Mosta iżda qabel dawn iż-żewġ professjonijiet hi kellha xogħol differenti mmens li forsi ftit jafu!
Romilda studjat għal spiżjara. Barra l-ħames snin prattika waqt il-kors, hi għamlet sentejn taħdem full-time fi spiżerija ġewwa l-Mosta u ħames snin taħdem fuq bażi part-time fl-istess spiżerija.
Illum il-ġurnata għalkemm tapprezza dan ix-xogħol, tħoss li tista’ tgħin liċ-ċittadin aktar u b’hekk imxiet fl-isfera politika għax tħobb tkun viċin in-nies u taħdem fil-qrib man-nies.
Ara x’kellha xi tgħid waqt l-intervista ma’ Owen Bonnici fuq PrimeTime.
PrimeTime