Qatt bsart li tkun qed tippoża quddiem Buckingham Palace, imbagħad 23 sena wara tispiċċa tagħlaq sninek ġo fih? Għal xi intiżi tal-Familja Rjali Brittanika din hija biss fantasija, iżda għal Meghan Markle din hija r-realtà li qiegħda tgħix illum. Mhux hekk biss, iżda għal dan il-jum speċjali tagħha, żewġha Harry ddeċiedha li jwasslilha messaġġ ħlejju permezz tal-midja soċjali tal-Familja Rjali.
Fuq il-kont uffiċjali ta’ Instagram tad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex, il-Prinċep Harry xtaq l-isbaħ xewqat lil martu f’messaġġ iffirmat u miktub minnu stess, u dan mar id f’id ma’ ritratt ġdid ta’ Meghan li tfaċċa bħala parti minn din il-post.
“Awguri lill-mara meraviljuża tiegħi. Grazzi talli qiegħda tissieħeb miegħi fuq din l-avventura!” – Il-Prinċep Harry, lil Meghan f’għeluq sninha.
View this post on Instagram
Din hija wkoll l-ewwel darba li d-Dukessa ta’ Sussex qiegħda tiċċelebra għeluq sninha bħala omm, hekk kif binha Archie twieled Mejju li għadda.
View this post on Instagram
View this post on Instagram
Instagram / @thatssosussex