Fiona, omm il-mibki Ben Laferla, irrakkontat fuq il-programm ‘Il-Każin fuq Tokis’ il-mument meta saret taf li Ben kien qiegħed l-isptar.
Hi spjegat, “Ġew il-pulizija. Kont naf li ġara xi ħaġa. X’qaluli ma nafx, ma niftakarx. Qas naf kif kont bilwieqfa, naf li żammejt mal-ħajt imbagħad qaluli li għandi bżonn immur l-isptar. Minn hemmhekk qas niftakar kif ċempilt lil oħti, lanqas niftakar kif dħalna fl-emerġenza. Qas ħarist lejh, kulma ħarist lejn waħda mill-ispeċjalisti, ħarist lejn oħti. Aħna u sejrin fil-karozza għedtilha li mhux qiegħed magħna. Ben qed jitlaq.”
Żiedet tgħid, “Hu ovvjament ikun qed jieħu nifs, dak il-ħin taħseb li qed jieħu nifs u kollox. Għamel jumejn, jien kont l-isptar miegħu, tara n-nifs tiela’ tgħid qisu għadu ħaj, xtaqt naqbdu u nieħdu d-dar miegħi dak il-ħin. Qatt ma ġie d-dar.”
Kompliet tirrakkonta, “Meta konna l-isptar pruvajt inkantalu f’widnejh għax konna nkantaw diska meta kien żgħir u kien għamilli hekk għax jiena naqra stunata, u bdejt nagħmillu f’widnejh biex forsi jqum u jtiehieli ma’ wiċċi biex forsi jqum, imma xejn, ma ħadmitx.”
View this post on Instagram
Instagram / @jon.mallia u @il_kazin_