Ħares ftit lejn dan ritratt u ara tafx lil xi ħadd?
Dan ir-ritratt ġie meħud fil-bidu ta' din il-ġimgħa. L-istess sors li bagħatulna dan ir-ritratt bagħatilna dan ir-ritratt li jidher li hemm il-kantanta Gaia Cauchi tgħannaq lil xi ħadd! Dan ir-ritratt ittieħed ftit 'il bogħod mill-ewwel ritratt. Imma x'qed jiġri eżatt?

Skoprejna li l-post ta' dawn ir-ritratti huwa viċin il-kappella tal-Providenza s-Siġġiewi. Minn tagħrif li ġabar Gwida.mt skopra li dan kien parti mill-ġbid ta' filmat qasir li se jkun qed jintwera l-Istitut Kattoliku l-Floriana, nhar is-Sibt 30 ta' Novembru u l-Ħadd 1 ta' Diċembru bħala parti minn dramm.
Il-Presepju Tan-Nannu huwa dramm oriġinali tal-preżentatur ta' ONE Radio David Muscat li huwa wkoll impjegat tad-Dar tal-Providenza. Imma xi skop għandha din il-produzzjoni?

David jgħidilna... "L-iskop ta' din il-produzzjoni hija l-inklużjoni li se jkun hemm bejn atturi stabiliti u uħud mir-residenti tad-Dar Tal-Providenza". Min ser jieħu sehem? David qalilna li... "se jieħdu sehem fuq il-palk diversi atturi veterani bħal Joe Borg, Sandro Vella, l-kantanta Gaia Cauchi, Nathaniel Attard u Amy Camilleri flimkien ma' Chanelle Zammit".
L-isbaħ ħaġa f'din il-produzzjoni hija li ser ikun hemm il-parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità u anki uħud mill-ħaddiema.
"B'kollox se jkun hemm madwar 40 persuna li se tieħu sehem fuq il-palk barra dawk li ġew bħala extras u ta' wara l-kwinti". - David Muscat.

Dan id-dramm joħodna ġo dar fil-limiti tas-Siġġiewi tal-familja Bonello. It-tfal minn dejjem xtaqu li fid dar ikollhom presepju imma għal xi raġuni dan qatt ma seħħ. In-nannu li kien jgħix ma' din il-familja kien umli u kien hu li ħeġġeġ lit-tfal li jkollhom presepju imma għal xi raġunijiet jispiċċaw b'rigal ieħor!
Iżda x'inhu dan ir-rigal? U għala ndaħlet il-pulizija fin-nofs? Aqta' l-biljett tiegħek u skopri xi ġralha Gaia! Għall-biljetti ċempel lid-Dar Tal-Providenza jew mill-booking office tal-Istitut kattoliku.
