X’Seħħ Ilbieraħ Sabiex Kien Jum Storiku Fil-Kalkara?

Ilbieraħ għall-ewwel darba l-koppla majestuża tat-tempju Ġużeppin, ġiet mixgħula biex titgawda fil-jiem tal-festa. Is-sindku tal-Kalkara, Wayne Aqulina tella’ ritratt mill-isbaħ tal-knisja mixgħula li tistgħu ssibu hawn taħt. Is-sindku għadda l-prosit tiegħu lil dawk kollha li ħadmu b’sagrifiċċju biex twettqet din il-ħolma Kalkariża.

Ilbieraħ ingħata l-ftuħ uffiċjali tal-festa ġewwa din il-lokalità, bil-ħruġ tal-vara ta’ San Ġużepp minn niċċa għal fuq iz-zuntier. Dan kollu laħaq il-qofol tiegħu hekk kif inxtagħlet il-faċċata inkluż il-koppla tal-knisja. Il-knisja tal-Kalkara tinsab f’post vera strateġiku u żgur li bil-knisja mixgħula ħa tkompli ssebbaħ il-veduta tal-madwar.

Ritratt: Facebook / Wayne AquilinaBrandAid

F’isem Gwida.mt nawguraw lil Kalkariżi kollha l-festa t-tajba! Kellu bżonn it-temp jaqleb għall-aħjar ħalli kulħadd ikun jista’ jgawdi din il-festa u festi oħrajn li qed jiġu ċċelebrati din il-ġimgħa. Sabiħ li nżommu t-tradizzjonijiet lokali ħajjin.

Facebook / Kalkara Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI