“Xahrejn Qabel Ngħidu Iva” – Michela Pace

Michela Pace hija kantanta li żgur li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Rajniha tisraq il-qlub tal-Għawdxin u tal-Maltin fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta fejn kienet rebħet. Minn hemm rajniha wkoll ixxejjer il-bandiera Maltija fil-Eurovision tal-2019 fejn għaddiet għall-finali u waslet mal-ewwel ħmistax.

Issa jidher li ser tkun qed tibda kapitlu ieħor f’ħajjitha, hekk kif riċentament qasmet ritratt fuq il-midja soċjali flimkien mal-maħbub tagħha Daniel fejn qalet, “xahrejn qabel ngħidu iva.” Kompliet billi żiedet tgħid, “il-Farrugias” jiġifieri milli jidher ser nibdew insibuha bħala Michela Farrugia!

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlhom minn qalbna!





Facebook/Michela Pace 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI