Ilbieraħ seħħet is-serata ta’ L-Għanja tal-Poplu 2025 fejn rebħet il-kanzunetta Narakom L-Infern, kantata minn Rita Pace, fuq kliem tagħha stess u mużika ta’ Augusto Cardinali.
Fuq il-paġna ta’ F Living, Karl Bonaci kiteb kużità dwar il-famuża qanpiena li daqq Augusto waqt il-wirja ta’ Narakom L-Infern.
“Xi ġimgħa ilu ċempilli wieħed mill-akbar ħbieb tiegħi, Augusto Cardinali, għax kellu bżonn il-qampiena tal-One Star Hotel biex jużaha waqt il-kanzunetta “Narakom l-Infern.” Għedtlu: ‘Ejja meta trid’.”
Dakinhar Karl awguralu li l-qanpiena ġġiblu r-risq, u fil-fatt spiċċaw biex rebħu l-konkors. “Prosit Rita u Augusto – tassew jixirqilkom!,” kompla Karl.
Kontu timmaġinaw li hi l-istess qanpiena li tant smajna waqt One Star Hotel?