Fuq il-paġna Malta, News, Photos and People, Gloria, li hija infermiera, bgħatet ritratt tagħha nnifisha u żvelat l-esperjenza tagħha fuq xogħolha.
“Xi sfida hi li tassisti pazjenti waħidhom. Imbeżżgħin. Bogħod mill-qraba,” bdiet hi. “Tipprova ttihom l-aħjar kura minkejja r-restrizzjonijiet. Bl-ingwanti f’idejk. Tipprova titbissem. Taħt il-maskra u visor imtappan.”
“U aħna wkoll imbeżżgħin. Li nieħdu l-virus u ntuh lil familjari tagħna.”
“Dan hu xogħlna,” spiċċat Gloria. Għalkemm hu messaġġ qasir, il-messaġġ tagħha huwa wieħed li verament iġiegħel lil dak li jkun jirrifletti. Il-frontliners jistħoqqilhom rispett bla tmiem.
Facebook/Malta, News, Photos and People