“Xita Possibilment Qawwija U Bir-Ragħad” Imbassra Għal Għada!

Il-paġna ta’ Facebook ‘It-Temp Madwarna’ żvelat kif inhu mbassar it-temp dal-weekend.

Illum se jkollna “ħalbiet tax-xita kultant, possibilment qawwija u bir-ragħad iżjed tard.” Ir-riħ se jkun ftit qawwi li jsir moderat sa filgħaxija.

Għada, l-Ħadd 22 ta’ Novembru, it-temp se jkun “pjuttost imsaħħab b’ħalbiet tax-xita kultant, possibilment qawwija u bir-ragħad tard”. Jidher li ċ-ċans ta’ xita għada huwa dak ta’ 85% filwaqt li ċ-ċans ta’ ragħad huwa ta’ 60%. Filwaqt li r-riħ se jkun moderat għal ftit qawwi, t-temperatura mistennija tinżel għal 14°C filgħaxija.





Wieħed għandu jieħu ħsieb li jsuq bil-galbu f’temp bħal dan, ħalli jiġu evitati l-inċidenti fit-toroq.

Facebook/It-Temp Madwarna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI