Uħud mix-xogħolijiet artistiċi tal-artist Malti Fabio Borg mistennija jiġu esibiti ġewwa l-belt Ġermaniża ta’ Munich.
Dan hekk kif Fabio kien fost dawk l-artisti magħżulin sabiex jipparteċipaw fl-esibizzjoni li ġġib l-isem ‘IT MATTERS’. Fabio se jkun irrappreżentat minn gallarija kontemporanja magħrufa bħala Konsum163.
Din mhijiex l-ewwel darba li x-xogħolijiet ta’ Fabio ġew rikonoxxuta barra minn xtutna. Dan hekk kif bħalissa Fabio diġà huwa rrappreżentat minn gallarija oħra f’Ruma.
Is-suċċess artistiku ta’ Fabio jkompli jagħti iżjed rikonoxximent lil isem Malta fis-suq artistiku Ewropew.
Prosit lil Fabio Borg!
Ritratti: Facebook / Fabio Borg