L-MP Michael Piccinino esprima n-niket tiegħu wara l-aħbar tal-mewt ta’ Ms Frendo, persuna li, skont hu, ħalliet impatt pożittiv fuq ħafna nies matul ħajjitha.
F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Piccinino ddeskriva l-aħbar bħala “xokk kbir”, filwaqt li sellem il-memorja tagħha u rringrazzjaha għall-ġid li għamlet ma’ dawk kollha li qatt iltaqgħu magħha, b’mod partikolari fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid.
“Ms Frendo, ħa nibqgħu niftakruk għal dak kollu li għamilt ma’ dawk kollha li qatt iltqajt magħhom, u mhux wisq inqas ma’ Raħal Ġdid,” kiteb Piccinino.
Huwa żied jgħid li dejjem sab inkoraġġiment mingħandha f’kull pass li għamel, filwaqt li esprima l-gratitudni tiegħu għall-appoġġ li kienet tagħtih. L-MP wassal ukoll il-kondoljanzi tiegħu lill-familjari u lill-ħafna ħbieb ta’ Ms Frendo f’dan il-mument diffiċli.
“Grazzi tal-inkoraġġiment li dejjem sibt mingħandek f’kull ħaġa li qatt għamilt. Kondoljanzi lill-familjari u lill-ħafna ħbieb li kellha. Strieħ fis-sliem, Ms Frendo,” temm jgħid.